Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ tixtieq tavża lil dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal għal-Year 1, għal-Year 3 u għal-Form 1, li għandhom jirreġistraw lil uliedhom għad-duttrina billi jimlew formla li jistgħu jniżżlu minn hawn, inkella jiġbruha mill-Uffiċċju Parrokkjali jew miċ-Ċentru tad-Duttrina.  Meta timtela din il-formla, iż-żewġ ġenituri għandhom imorru jiffirmaw fl-Uffiċċju Parrokkjali. Is-snin l-oħra tad-duttrina m’hemmx għalfejn jirreġistraw.

Id-duttrina għal kulħadd tibda f’Ottubru u ħa tkun darbtejn fil-ġimgħa (tliet darbiet għal tal-Preċett u l-Griżma).

Id-dati tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof fis-sena 2024 sa jkunu hekk:

Il-Griżma tal-Isqof: Il-Ħadd 19 ta’ Mejju (Pentekoste)
L-Ewwel Tqarbina: Il-Ħadd 2 ta’ Ġunju (Korpus)

Għandkom issibu hawn ukoll lista taċ-Ċentri tad-Duttrina fil-Belt Victoria u l-ħinijiet tal-Katekiżmu rispettivi.

Niżżel il-formula tar-reġistrazzjoni tiegħek minn hawn.

Intant infakkru fil-Gruppi tal-23Four fil-Parroċċa tagħna li se jibdew f’Ottubru:

• Grupp tal-Form 2: Is-Sibt fis-6.30pm
• Grupp tal-Form 3: L-Erbgħa fis-7.30pm
• Grupp tal-Forms 4 u 5: Il-Ħamis fis-7.30pm
• Grupp 16+: Il-Ġimgħa fit-8.00pm
• Grupp 18+: It-Tnejn fis-7.30pm (Malta)