Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ tifraħ ma’ Dun Joseph Mercieca li għadu kemm inħatar Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa tagħna.
Nilqgħu fostna lil Patri Martin Cilia MSSP, mis-Soċjetà Missjunarja ta’ San Pawl li nħatar bħala Kollaboratur fil-Parroċċa tagħna.
Insellmu u nirringrazzjaw lil Kan. Richard N. Farrugia (mix-Xagħra), għall-ħidma pastorali tiegħu fostna, li għadu kemm inħatar bħala Arċipriet tal-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Marija, ix-Xagħra.Nirringrazzjaw ukoll lil Mons. Anton Borg għall-ħidma tiegħu bħala Vigarju Parrokkjari tal-Parroċċa tagħna, li flimkien ma’ Dun John Vella għadhom kemm inħattru bħala membri aġġunti fil-Kummissjoni Kleru. Dun John Vella inħatar ukoll bħala Kappillan tal-Korp tal-Pulizija f’Għawdex.Nifirħu lil Mons. Joseph Zammit li nħatar bħala Kollaboratur fir-Rettorija ta’ San Pawl Nawfragu, Marsalforn, u Kanonku Kuġitur tal-Kapitlu Katidrali, tal-Belt Victoria, kif ukoll lil Dun Effie Masini li nħatar bħala Direttur Spiritwali fl-Iskola Primarja tal-Konservatorju tal-Isqof, tal-Belt Victoria.Minn hawn, nawgurawlhom u nwegħduhom it-talb tagħna.