Il-Parroċċa ta’ San Ġorġ dejjem tagħmel minn kollox biex taqdi bl-aħjar mod possibli.  Għalhekk, għal iktar ċarezza qed jinħarġu dawn il-linji gwida dwar il-bookings tal-intenzjonijiet tal-quddies.

  • Il-bookings għas-sena 2024 jiftaħ il-Ħadd 3 ta’ Settembru 2023.  L-Uffiċċju Parrokkjali dakinhar ikun miftuħ mit-8.30am sal-11.00am.  Imbagħad fil-ġranet l-oħra jkompli bil-ħinijiet normali.
  • Il-quddies jiġi bbukkjat biss fl-Uffiċċju Parrokkjali.  Mhux se jinżammu bookings minn sena għal oħra.
  • Ġurnata quddies tinkludi l-quddies kollu barra dawk tal-5.30pm u tas-7.00pm.
  • Il-quddies tal-5.30pm u tas-7.00pm jistgħu jiġu bbukkjati biss minn xahar qabel dik id-data biex hekk nagħtu opportunita’ lil min imutlu xi ħadd biex jagħmel quddiesa fil-qrib.
  • Il-ħlas tal-quddies isir mal-booking.
  • F’każ li xi quddiesa ma ssirx minħabba raġunijiet ta’ funeral jew sagramenti oħra, il-Parroċċa tobbliga ruħha li din issir ħin ieħor jew tingħata li xi saċerdot biex jagħmilha.
  • Se jintalbu d-dettalji ta’ min għamel l-intenzjoni biex jekk jinqala’ xi bżonn li tinbidel xi intenzjoni minbarra l-każ ta’ funeral, membri tal-Uffiċċju Parrokkjali jkunu jistgħu jinfurmawh/a.

Nifhmu li din hi xi proċedura ġdida.  Għalhekk min ikollu xi diffikulta’ jew bżonn jiċċara xi ħaġa, jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.

Grazzi tal-kooperazzjoni.