Lil San Ġorġ Mimmi t’Għajnejna
O Glorjuż Martri ta’ Lidda,
xhud qalbieni tat-twemmin:
lejk induru fit-talb tagħna
biex tmexxina tul is-snin.
Kif fl-imgħoddi sejjaħnielek
qalb il-mard, qalb it-tiġrib
lilna illum minn qerq il-għadu
eħles b’saħħet is-Salib.
Sliem għalik, mimmi t’għajnejna,
t’Għawdex tagħna glorja, unur;
fittex berraħ qawwet driegħek
biex tal-fidi ngħożżu l-fjur.
Sa mill-ibgħad żmien ta’ ġensna
fieres tagħna fis-smewwiet –
rawk rebbieħ missirijietna
fuq il-qerq tad-dlamijiet.
Għax kull meta ismek tlissen
qalb it-talb tal-ħerqanin,
tkebbset f’qalbna xrara mqaddsa,
lilna wrejt wiċċek ħanin.
Sliem għalik, mimmi t’għajnejna,
t’Għawdex tagħna glorja, unur;
fittex berraħ qawwet driegħek
biex tal-fidi ngħożżu l-fjur.
lirika: Dun Geoffrey George Attard
mużika: George Camilleri