Mis-sema fiddien tal-Kappadoċja feġġet tiddi

stilla ta’ ġmiel bl-isem ta’ Ġorġ.

U ferħet id-dinja għalenija b’din il-bxara –

tama u qawwa u sliem f’kull żmien.

 

Xterdet b’ħeffa u ġriet b’imħabba kbira

dik il-kelma li tferraħ qalb l-Għawdxin:

“San Ġorġ, San Ġorġ, insellmu ’l-kampjun tal-qaddisin;

San Ġorġ, San Ġorġ, ħarisna u ħudna ħdejk fis-sliem”.

Mill-ġnejna ta’ qalbna naqtgħu fjur ifuħ li jixhed

biss imħabbitna lejn San Ġorġ.

Ejjew f’dan il-jum ta’ festa kbira ngħannu ’l Ġorġi

innu ta’ ġieħ u ta’ tifħir.

 

Xterdet b’ħeffa…