Fil-vini ta’ ġisimna demmna jbaqbaq

għalik, o kbir San Ġorġ, mimmi t’għajnejna.

Int taf li tul iż-żmien (x2)

afdajna fik u b’fidi f’riġlejk ġejna.

 

Għax bejna u bejnek, Ġorġi, hemm x’jgħaqqadna

u jżommna marbutin f’rabta ta’ mħabba.

Din ruħna mxennqa għalik (x2)

u ebda għelt ma lilna ser iżomm.

 

Il-lum, San Ġorġ, ma’ ħutna,

f’dil-festa kbira tiegħek,

irridu li tmexxina (x2)

bil-qawwa minn ta’ driegħek.

 

Int taf li lilek għandna

biex tħobbna f’din il-ħajja,

tħarisna w tindukrana (x2)

sa ma jintemm iż-żmien.

 

Kemm sbejjaħ ilmaħniek, o Ġorġi tagħna,

xħin ħassejniek, imħeġġa, fil-qrib sewwa,

u lkoll, b’leħinna ’l fuq, (x2)

mimlija ferħ, xtaqniek li tibqa’ magħna.

 

Fil-Ġenna żgur int isbaħ ser insibu

u b’dak il-wiċċ ħamran, ħaddejk irżina,

hemmhekk fil-ġmiel u s-sebħ (x2)

int lilna tieħu ħdejk bla telf ta’ żmien.

 

Il-lum, San Ġorġ, ma’ ħutna…