Minħabba l-qagħda xejn stabbli tat-temp, inħabbru li l-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li kellha toħroġ illum wara l-funzjoni tal-Adorazzjoni tas-Salib qed tiġi mħassra. Dan qed isir f’rispett sħiħ lejn id-dekor tal-Purċissjoni, il-parteċipanti kollha, kif ukoll il-preservazzjoni tal-vari u l-oġġetti l-oħra.
Minflok, qed jitħejja u se jitħabbar dalwaqt programm li, f’kontinwazzjoni mal-Liturġija solenni ta’ dan il-jum għażiż tal-Ġimgħa l-Kbira, jinkludi mument ta’ talb u riflessjoni dwar il-Passjoni ta’ Sidna Ġesù Kristu, fil-Bażilika.
Kemm il-funzjoni u kemm il-programm ta’ wara se jiġu mxandra kif previst fuq l-istazzjon televiżiv TVM.
