Bħalissa, żewġ abbatini mill-Bażilika tagħna, Eman G. Camilleri u Fulvio M. Valenti, flimkien ma’ grupp ta’ abbatini oħra Maltin, bħalissa jinsabu Ruma biex jagħmlu esperjenza ta’ servizz fil-Bażilika ta’ San Pietru. Din l-esperjenza bdiet nhar it-Tlieta li għaddew, 6 ta’ Awwissu 2024.

Proprju illum ser issir il-vestizzjoni ta’ dawn l-abbatini bħala abbatini tal-Bażilika tal-Vatikan.
Nawguraw lil dawn l-abbatini tagħna, ta’ din l-esperjenza sabiħa u nitolbu għalihom.
Dawn il-grupp ta’ abbatini fadlilhom hemm sas-16 ta’ Awwissu 2024 jagħtu servizz f’San Pietru.