Nhar is-Sibt li għadda, 7 ta’ Marzu, filgħodu saret l-ewwel attività ta’ tagħlim u formazzjoni għat-tfal li se jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ta’ din is-sena. Din kienet immexxiha minn animaturi żgħażagħ tal-parroċċa tagħna.

Waqt din l-attività ingħata ktieb ta’ tpinġija lit-tfal kollha dwar il-vari tal-Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ.