Għażiż/a Ġorġjan/a,
Naf li għandek il-programmi ta’ ħajtek. Naf li s-sħana. Naf li l-aptit jonqos. Iżda jekk trid tgħix bis-sens, l-isbaħ affarijiet fil-ħajja trid tagħżilhom u mhumiex l-iktar faċli.
In-Novena ta’ San Ġorġ hija okkażjoni sabiħa għall-komunità kollha tagħna biex inħejju ruħna spiritwalment għall-Festa ta’ San Ġorġ. Nixtieq li tħoss li qed tonqos jekk tiċċelebra u tgawdi l-Festa ta’ barra minn fuq “dahar” San Ġorġ u mbagħad ma ssibx ftit ħin għal Kristu li għalih Ġorġi ta ħajtu. Inkun Ġorġjan mhux kif ifettilli jien, iżda billi ngħix il-fidi tiegħu f’Ġesù.
Għalhekk, minn qalbi nixtieq nagħmlilkom stedina biex tattendu flimkien – kbar u żgħar – għal dawn id-disat ijiem ta’ preparazzjoni. Imqar jekk verament impossibbli tattendu għan-Novena sħiħa, ejjew għal dawk il-jiem li fihom tistgħu. Timxux biss bl-aptit.
In-Novena ħa tkun mis-Sibt 5 sal-Ħadd 13 ta’ Lulju, dejjem fil-Quddiesa tas-7.00pm.
Għalhekk, QED NISTENNA LI NARAKOM kollha għan-Novena fil-Bażilika tagħna ta’ San Ġorġ!
F’xi ġranet tan-Novena, wara l-quddiesa, it-tfal se jkollhom logħob u attivitajiet oħra għalihom fuq barra.
Din hi parti mill-mixja tal-fidi tagħna bħala Parroċċa Ġorġjana, biex hekk tassew nistgħu nifirħu u ngħajtu “Viva San Ġorġ” fit-tielet Ħadd ta’ Lulju.
Narakom,
L-Arċipriet.
