Kull komunità parrokkjali tifraħ b’vokazzjoni li tinbet u tintiseġ fi ħdanha.

Nhar il-Ġimgħa li għaddiet, 20 ta’ Ġunju 2025, fil-Katidral tal-Assunta, l-E.T. Mons. Anton Teuma, Isqof ta’ Għawdex, mexxa l-Ordinazzjoni Djakonali ta’ 𝐒𝐚𝐦𝐮𝐞𝐥 𝐀𝐪𝐮𝐢𝐥𝐢𝐧𝐚 mill-Parroċċa tagħna, kif ukoll ta’ 𝐌𝐚𝐫𝐥𝐨𝐧 𝐕𝐢𝐜𝐭𝐨𝐫 𝐁𝐚𝐣𝐚𝐝𝐚 mill-Parroċċa tal-Madonna tas-Sokkors u San Girgor il-Kbir, Ta’ Kerċem.

Wara l-Ordinazzjoni Djakonali tiegħu nhar il-Ġimgħa, il-Ħadd li għadda, fil-Quddiesa tal-10.00am id-Djaknu Samuel ħa sehem għall-ewwel darba bħala Djaknu f’Liturġija Solenni fil-Bażilika fis-Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej, fejn għamel l-omelija u mexxa wkoll il-Purċissjoni qasira bis-Santissmu Sagrament fit-tmiem. L-Arċipriet, waqt li feraħlu f’isem il-Parroċċa, tah ikona ta’ San Ġorġ bħala tifkira.

 

Awguri minn qalbna Samuel!