Il-Viżta Pastorali hija żjara li l-Isqof Djoċesan jagħmel lill-parroċċi u l-komunitajiet Kattoliċi fid-Djoċesi tiegħu, bl-għan li jistħarreġ il-qagħda tagħhom u jwettaqhom fil-ħajja tal-fidi u l-ħidma tagħhom ta’ evanġelizzazzjoni.
It-tema magħżula hija silta mill-ġrajja tal-laqgħa ta’ Ġesù maż-żewġ dixxipli fit-triq ta’ Għemmaws dakinhar stess tal-qawmien tiegħu mill-imwiet, “U daħal joqgħod magħhom”.

Fil-kummenti tiegħu, Mons. Isqof tenna li l-iskop tal-Viżta Pastorali hu li l-Parroċċa tkun aktar qrib tan-nies – Alla jiddejjaq li ma jkunx mal-bnedmin! Il-Viżta Pastorali tagħmel parti minn dan il-moviment f’direzzjoni waħda – Alla li jixtieq jiltaqa’ mal-bniedem, mal-familji, mal-komunità tal-bnedmin fit-territorju tal-parroċċa jew tar-raħal. Wara kull Viżta Pastorali hemm ix-xewqa ta’ Ġesù u x-xewqa tal-Knisja li tkun qrib in-nies biex tismagħhom, tifhimhom, tilqagħhom, tħobbhom u tgħinhom fil-mixja umana u fil-mixja tagħhom lejn Ġesù.
Il-Viżta Pastorali ma tridx tkun ġrajja speċjali li tibda u li tispiċċa, imma hija enerġija, moviment kontinwu li jkompli ma’ dak li diġà l-Parroċċa qed tkun u qed tagħmel fit-territorju u li jkompli jitqawwa u jikber – għax il-Parroċċa tagħmel sens daqskemm tkun man-nies, tan-nies u għan-nies!
Il-Viżta Pastorali tal-Isqof Mons. Anton Tewma fil-Parroċċa tagħna se tibda l-Ġimgħa 1 ta’ Novembru u tibqa’ għaddejja sal-Ħadd, 10 ta’ Novembru 2024.
Dan huwa l-programm ta’ din il-viżta:



