Fil-ġranet li għaddew ġie inawgurat il-proġett ta’ riġenerazzjoni tas-Sala Parrokkjali tal-Bażilika ta’ San Ġorġ. Din l-inawgurazzjoni saret mill-Ministru għal Għawdex u Ippjanar, l-Onor Clint Camilleri fil-preżenza tal-Arċipriet Mons. Joseph Curmi u persuni oħrajn.
Ir-riġenerazzjoni ta’ din is-sala sar b’investiment ta’ madwar €100,000 fejn permezz tal-iskema Restoring and Upgrading Venues with the Capacity to Host MICE Events in Gozo, il-proġett ibbenefika minn kważi €50,000.
Permezz ta’ dan l-investiment, ġie installat ukoll lift sabiex b’hekk is-sala tkun aktar inklussiva u aċċessibbli, ġew installati wkoll sistema ta’ arja kkundizzjonata u aperturi ġodda, inxtara apparat awdjo-viżiv, saru diversi xogħlijiet ta’ finishings varji fis-sala u l-immodernizzar tal-faċilitajiet sanitarji.
[Ritratti: Ministeru għal Għawdex u Ippjanar]