Il-bieraħ, il-Ħadd, 21 ta’ Jannar 2024, is-seminaristi Samuel Aquilina mill-Parroċċa tagħna, u Marlon Bajada minn Ta’ Kerċem irċievew il-Ministeru tal-Lettorat minn idejn l-Isqof Mons. Anton Teuma fil-Knisja Parrokkjali ta’ San Pawl Nawfragu, il-Munxar.

Il-Lettorat hu ministeru li min jirċevih ikun jista’ jxandar il-Kelma ta’ Alla minn fuq l-ambone. Dan għaliex il-Kelma ta’ Alla mhix sempliċi ktieb, iżda hi l-Kelma tal-ħajja, u min ixandarha għandu r-rwol importanti li jwassal il-messaġġ ta’ Alla lil dawk li jisimgħuh.

 

Għal ħuna Samuel dan hu pass ieħor importanti fil-mixja tiegħu bħala seminarista.

Filwaqt li nifirħulu, ejjew nakkumpanjawh permezz tat-talb kontinwu tagħna.

[Ritratti: Djoċesi ta’ Għawdex / Renzo Bajada]