Fiċ-ċirkustanzi li għaddej pajjiżna bħalissa, l-Arċipriet Mons. Joseph Curmi flimkien mat-tim ta’ Fejn hu ħuk? ħareġ b’dan l-istatement rigward il-liġi dwar l-abort li qed tiġi diskussa fil-parlament Malti.
1. Il-Parlament m’għandux mandat jgħaddi din il-liġi tal-abort.
2. Le, din il-liġi ma tapplikax biss għan-nisa f’periklu tal-mewt. Kieku kienet hekk kulħadd kien jaqbel magħha … Fl-aħħar 200 sena qatt ma kien hemm każ fejn it-tobba ma salvawx ommijiet f’periklu tal-mewt minħabba t-tqala.
3. Tobba stess jikkonfermaw li fil-każ Prudente mhux veru li kien hemm periklu ta’ mewt. Għajb li waqt li t-tobba ta’ kuxjenza u Malta tagħna kienu qed jiġu mċappsa minħabba dan il-każ, l-awtoritajiet baqgħu b’ħalqhom magħluq.
4. Naqblu li l-omm fil-periklu tal-mewt għandha tiġi salvata. Iżda nesiġu wkoll li t-tarbija li tista’ tissalva għandha tissalva.
5. Għax nitkellmu favur it-tarbija fil-ġuf m’aħniex inbeżżgħu. Ma nistgħux inħallu dan il-logħob bil-kliem isikkitna.
6. DIN IL-LIĠI li tneżża’ lit-tarbija fil-ġuf mid-dritt tal-ħajja MHIX F’ISIMNA.