Bħalissa għaddej ġmielu x-xogħol fuq il-bokka fejn ser jiġi installat lift li jkun qed jagħti għas-sala parrokkjali.  Dan ix-xogħol beda madwar xahar u nofs ilu.  Minkejja li kien hemm bżonn ta’ aktar xogħol milli minn dak maħsub, ix-xogħol miexi b’ritmu tajjeb.  Fil-ġranet li għaddew, ingħalaq il-bieb li jagħti għas-sala parrokjali, ġiet imħammla parti mill-art, inqagħtet parti mill-bejt ta’ l-ewwel sular u tlesta l-bini tat-tromba tal-lift.  Bħalissa qed isir ix-xogħol preparatorju għas-servizzi tad-dawl, u wara jibda l-kisi u t-tikħil.  Fil-ġranet li ġejjin ser jittieħed il-kejl neċessarju biex jiġi ordnat il-lift.  Dan minħabba li billi l-ispazju huwa limitat, il-kejl irid jittieħed meta l-istruttura tkun lesta.  Kif naħseb, ħafna indunaw u tafu, din hi r-raġuni li l-bieb li jagħti għaċ-ċentru parrokkjali bħalissa huwa magħluq u l-aċċess għalih mit-triq m’humiex disponibbli.

Dan il-lift, li għal diversi raġunijiet kien ilu maħsub, huwa tant bżonnjuż.  Dan il-lift ser ikollu bieb għat-triq u għal diversi livelli oħrajn, se jkun aċċessibli għal kulħadd u se jkun ta’ għajnuna kbira oħra biex il-Parroċċa tagħna, kif dejjem għamlet, tilqa’ lil kulħadd.

Dawk kollha li jixtiequ jagħtu s-sehem/donazzjoni tagħhom f’dan il-proġett u fid-diversi proġetti li għandna għaddejjin, ikellmu lil Arċipriet jew l-Uffiċċju Parrokjali.

Il-ġenerożità tagħkom dejjem timlina bil-kuraġġ!