Fil-11 ta’ Novembru l-Arċipriet tal-Parroċċa tagħna, Mons. Joseph Curmi, għalaq 38 sena. Hu twieled ix-Xagħra, u ilu saċerdot għal dawn l-aħħar 13-il sena.
Fil-ġranet li għaddew l-Arċipriet għalaq ukoll sitt snin Ragħaj tal-parroċċa tagħna, fejn kien ħa l-pussess fil-11 ta’ Diċembru 2016. L-istqarrija uffiċjali mill-Kurja ta’ Għawdex li l-Parroċċa ta’ San Ġorġ kellha Arċipriet ġdid kienet ħarġet fl-4 ta’ Novembru. Nawgurawlu u nitlobu għalih!
Illum, wara l-quddiesa tal-10.00am, il-Kan. Richard N. Farrugia, li ċċelebra din il-quddiesa, flimkien ma’ numru sabiħ ta’ tfal li attendew, qasmu kejk tal-okkażjoni. Tqassmet ukoll sticker ta’ San Martin lit-tfal kollha fl-okkażjoni tal-festa tal-istess qaddis.