F’dawn l-aħħar jiem beda s-servizz pastorali tiegħu fostna s-seminarista Matthew Attard, mill-Parroċċa ta’ San Ġwann Battista, ix-Xewkija.

Matthew jinsab fil-ħames sena ta’ formazzjoni fis-Seminarju tagħna.  Hu se jkun qed jgħin fil-ħidma pastorali tal-Parroċċa f’xi ġranet ta’ tmiem il-ġimgħa.  Fost id-diversi servizzi li hu se jkun qed joffri fil-Parroċċa tagħna, hu se jkun qed jaqdi dmirijietu mal-Grupp tal-Abbatini, gruppijiet oħra taż-żgħażagħ u adoloxxenti, kif ukoll fil-Liturġija.  Nilqgħuh fostna.

Nifirħulu u nitolbu għalih!