Nhar il-Ġimgħa, 28 ta’ Ottubru, ġie ċċelebrat Jum Għawdex.  Ġew organizzati diversi ċerimonji fosthom Konċelebrazzjoni Pontifikali fil-Katidral ta’ Għawdex immexxiha mill-Isqof t’Għawdex, Mons.  Anton Teuma u l-Għoti ta’ Ġieħ Għawdex fis-Sala Sentinella fiċ-Ċittadella.  Waqt din is-serata, il-Professur Maria Frendo ngħatat għarfien għall-karriera twila tagħha fl-oqsma tal-mużika u l-letteratura, flimkien mar-riċerka u mal-impenn tagħha biex fuq bażi volontarja tagħti kontribut għall-kalendarju artistiku Għawdxi.  Kien hemm ukoll kunċert bil-pjanu minn Francis J. Camilleri, mill-Parroċċa tagħna.  Iċ-ċerimonji ta’ Jum Għawdex kienu organizzati miċ-Circolo Gozitano, bil-kollaborazzjoni ta’ Reġjun Għawdex u l-Ministeru għal Għawdex.  Din is-serata saret taħt il-Patrunaġġ tal-President ta’ Malta, Dr George Vella.

 

 

Waqt din iċ-ċerimonja, ingħata rikonoxximent ukoll lis-Sur Chris Galea għall-impenn tiegħu għal ħajja dinjituża għal kulħadd speċjalment għall-anzjani u l-morda.

Nawguraw minn qalbna lill-Prof. Maria Frendo li fl-okkażjoni ta’ Jum Għawdex ġiet mogħtija l-Premju Ġieħ Għawdex mill-President George Vella.  Prosit u grazzi tas-servizz kontinwu tiegħek lil San Ġorġ.