Sena Kateketika 2021-2022

Katekiżmu fiċ-Ċentri tad-Duttrina

 

It-tfal kollha mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ li se jattendu f’xi wieħed mit-tliet Ċentri tad-Duttrina li għandna fil-Belt Victoria (Museum Subien / Museum Bniet / Ragħaj it-Tajjeb) iridu jiġu rreġistrati fl-Uffiċċju Parrokkjali sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Settembru 2021.

Il-formla tar-reġistrazzjoni tista’ tinġabar mill-Uffiċċju Parrokkjali, Triq Karità, il-Belt Victoria (fil-ħinijiet tal-uffiċċju) JEW titniżżel minn hawn, u trid timtela kollha u tiġi ffirmata miż-żewġ ġenituri/kustodji.

Lista bid-dati u l-ħinijiet tad-duttrina fiċ-Ċentri għas-Sena Kateketika 2021-2022 tinsab hawn.

Iċ-Ċentri ser jiftħu mal-bidu ta’ Ottubru, skont l-avviżi li jingħataw minnhom stess.

 

Tħejjija għall-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof

It-tfal li jixtiequ jitħejjew għall-Ewwel Tqarbina jew il-Griżma tal-Isqof biex jirċievu dawn is-sagrament f’Mejju/Ġunju li ġej fil-Parroċċa ta’ San Ġorġ, barra d-duttrina fiċ-Ċentru rispettiv, ikollhom ukoll laqgħa oħra ta’ preparazzjoni għalihom kull nhar ta’ Ħamis fiċ-Ċentru Parrokkjali ta’ San Ġorġ (fil-5.00pm għal tal-Preċett, u fis-6.00pm għal tal-Griżma).

Dawn huma mitluba jimlew formla tar-reġistrazzjoni apposta li wkoll tista’ tinġabar mill-Uffiċċju Parrokkjali, Triq Karità, il-Belt Victoria (fil-ħinijiet tal-uffiċċju) JEW titniżżel minn hawn (Griżma / Preċett ), u trid timtela kollha u tiġi ffirmata miż-żewġ ġenituri/kustodji.

F’kull każ, dejjem se jiġu rrispettati l-miżuri ta’ restrizzjonijiet mitluba mill-Awtoritajiet tas-Saħħa.

Għal aktar tagħrif, ċempel l-Uffiċċju Parrokkjali fil-ħinijiet tal-ftuħ fuq 21556377.