REĠISTRAZZJONI TAT-TFAL TAD-DUTTRINA (Year 1 sa Form 1)

Bħalissa, il-Parroċċa ta’ San Ġorġ flimkien maċ-Ċentri tad-Duttrina li għandna fir-Rabat qiegħda tipprova torganizza l-ġranet u l-ħinijiet tal-katekiżmu f’beltna minn Ottubru li ġej ’il quddiem. Minħabba r-restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, sakemm ma jerġgħux jinbidlu ċ-ċirkustanzi, iċ-Ċentri ser jiftħu t-Tnejn 19 ta’ Ottubru. Kull klassi sa jkollha duttrina darba f’ġimgħa u l-ġranet li fihom sa jsir il-katekiżmu sa jkunu kif ġej (ħinijiet jingħataw ’il quddiem):

  • Museum Subien • it-Tlieta u l-Ġimgħa minn Year 4 sa Year 6 • it-Tnejn, it-Tlieta, il-Ħamis u l-Ġimgħa minn Form 1 ’il fuq
  • Museum Bniet • it-Tlieta u l-Ġimgħa • minn Year 1 sa Form 1
  • Ragħaj it-Tajjeb (Taċ-Ċawla) • it-Tnejn u t-Tlieta • minn Year 1 sa Form 1
  • Sorijiet Salesjani • it-Tnejn u t-Tlieta • minn Year 3 sa Form 1

Waqt li nissuġġerixxu li t-tfal jibqgħu kemm jista’ jkun fiċ-ċentru li fih attendew is-sena l-oħra, biex iċ-Ċentri jkollhom idea kif jistgħu jaqsmu l-aħjar il-klassijiet fuq il-ġranet imsemmija, nitolbu lill-ġenituri kollha ta’ tfal minn Year 1 sa Form 1 u li huma mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ u jixtiequ jibagħtu lil uliedhom għad-duttrina biex jirreġistrawhom mill-aktar fis possibbli fl-Uffiċċju Parrokkjali (sa qabel l-aħħar ta’ Settembru). Il-formla tar-reġistrazzjoni tista’ titniżżel ukoll minn https://www.stgeorge.org.mt/wp-content/uploads/2019/04/Prog-Katekezi.pdf.