A Press Release from the Gozo Curia issued a few minutes ago  announced that His Lordship Mgr Mario Grech, Bishop of Gozo, has appointed Fr Joseph Curmi, from Xagħra, as the new Archpriest of St George’s Basilica, succeding Mgr Pawlu Cardona, who has now been appointed as Episcopal Vicar for the Clergy, a new post in the diocesan hierarchy.

We welcome Fr Joseph, not a totally new face to our parish. As seminarian, in fact, between September 2006 to August 2007, he gave pastoral service to our parish as part of his formation towards priesthood.

For the last few years Fr Joseph has served as Parish Vicar at Nadur.

It’s great news for St George’s Parish welcoming such a young and vibrant spiritual shepherd at its helm. As we thank the Lord and our patron Saint George for the spiritual benefit reaped in the last nine years, we pray for our new Archpriest and will welcome him in the coming hours and days.

It is also quite significant that this news comes on the hundred and fiftieth anniversary of the Gozo Seminary. Let us hope that the upcoming years will see a leap towards vocational promotion within our community.

 

Today’s Press Release stated that:

  • Mons. Pawlu Cardona, mill-Parroċċa ta’ Santa Margerita, Ta’ Sannat, sal-lum Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria, [inħatar] bħala Vigarju Episkopali għall-Kleru, bl-għan li jaħdem biex jibni l-komunjoni presbiterali u jsegwi iktar mill-qrib il-kleru djoċesan.
  • Mons. Joseph Curmi, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, sal-lum Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, [inħatar] bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ, il-Belt Victoria.

 

The following is a brief biographical note (in Maltese) on Fr Joseph Curmi:

Dun Joseph Curmi, bin Peter Curmi u Maria mwielda Apap, mill-Parroċċa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija, ix-Xagħra, twieled nhar il-11 ta’ Novembru 1984.

Wara li temm l-istudji fl-Iskola Postsekondarja Sir Mikelanġ Refalo, fl-2002 daħal is-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Fis-27 ta’ Ġunju 2008 ġie ordnat djaknu, u fit-13 ta’ Ġunju 2009 irċieva l-ordinazzjoni presbiterali mill-E.T. Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, fil-Katidral ta’ Għawdex.

Wara l-ordinazzjoni kompla bl-istudji tiegħu fl-Università Pontifiċja Lateranensi, li fl-2012 wassluh għal-Liċenzjat fil-Liġi Kanonika. Matul iż-żmien tal-istudji serva bħala kollaboratur fil-Parroċċa tat-Twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu, Ruma.

Hekk kif temm l-istudji tiegħu, ġie msejjaħ Għawdex biex iservi bħala Vigarju Parrokkjali fil-Parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, in-Nadur, fejn għal dawn l-aħħar erba’ snin ħadem flimkien mal-Arċpriet Mons. Jimmy Xerri.

Barra minn hekk hu serva bħala Direttur Spiritwali fis-Seminarju Minuri tal-Qalb ta’ Ġesù u hu Delegat tal-Isqof għall-ħidma vokazzjonali fid-Djoċesi, responsabbli mill-Grupp Vokazzjonali Djoċesan.