Friday, December 1, 2006:

First Parish Announcements for Advent


The beginning of the new liturgical year lies at the core of today’s parish announcements for the coming week.  Sunday is the first of Advent.  The coming Sundays Vespers are sung with the liturgical assembly at 4.30pm.  Parish priest-elect Fr Tonio Galea receives his investiture as Honorary Canon.  On Friday, solemnity of the Immaculate Conception, the Sunday Mass schedule is followed.  The announcement of the children’s Christmas Novena is given.  Saturday, December 9, brings with it annual the Parish Seminar.  These announcements are being read out at all the Mass celebrations of Sunday and its vigil.

AVVIŻI GĦAL DIN IL-ĠIMGĦA

3 – 10 ta’ Diċembru 2006

Kopji tal-ktieb sabieħ Għawdex bil-Ġrajja tiegħu qed jinbiegħu bil-prezz speċjali ta’ Lm2 (paperback) u ta’ Lm4 (f’żewġ volumi hard bound) minn ħdejn il-bieb il-kbir fi Pjazza San Ġorġ.  Fil-Milied jista’ jkun rigal mill-aqwa u ta’ valur.

Infakkru lit-tfal u lill-familji żgħar tal-Parroċċa fl-appuntament il-kbir ta’ Diċembru li hi n-Novena tal-Milied.  Se tibda bħal nhar il-Ġimgħa li ġej tmint ijiem, jiġifieri fil-15 ta’ Diċembru, u tkun fil-5.00pm.  Żommu dan l-appuntament.

Nhar il-Ġimgħa, 8 ta’ Diċembru, taħbat is-Solennita’ ta’ l-Immakulata Konċezzjoni.  Il-ħinijiet tal-quddies ikunu bħal fil-Jum tal-Ħadd.  F’dan il-jum għażiż, nagħmlu ħilitna biex inqaddus l-ħajja tagħna bis-sehem fil-Quddiesa u tqarbina sinċiera.

Is-Sibt li ġej, 9 ta’ Diċembru, si jsir Seminar Parrokkjali bit-tema Il-Quddiesa Jum il-Mulej: ċelebrazzjoni u azzjoni pastorali.  Il-mistieden speċjali se jkun Dun Fabio Attard SDB li se jmexxi wkoll panel f’diskussjoni miftuħa għal kull min jattendi.  Jibda fl-4.00pm u jsir fiċ-Ċentru Parrokkjali. 

Ngħarrfukom li (għada l-Ħadd fil-għaxija) l-lejla, fis-6.00, se ssir rappreżentazzjoni tat-Teatru Grieg fl-Aula Mons Giuseppe Farrugia minn Kumpanija Taljana li se tippreżenta xogħol ta’ Aristofane (li kien jgħix 4 sekli qabel Kristu).  Tkun bit-Taljan. Kulħadd mistieden.

Fl-okkażjoni tal-ħatra ta’ Dun Tonio Galea bħala kappillan tal-parroċċa ta’ San Pawl Nawfragu, il-Kapitlu tal-San Ġorġ jistieden il-Komunita’ Parrokkjali għall-  Vestizzjoni tiegħu bħala Kanoniku Onoroarju tal-Kolleġġjata li se ssir għada,  il-}add, fit-8.30am, segwita miċ-ċelebrazzjoni tal-Liturġija ta’ Sbieħ il-Jum.  Il-Kanoniku Galea imbagħad jistedinna għaċ-ċerimonja u l-Quddiesa tal-Pussess fil-Munxar fejn se jieħdu sehem il-Banda La Stella u l-Kor Laudate Pueri.

Matul dawn l-erba’ ġimgħat ta’ l-Avvent, iż-żgħażagħ huma mistiedna għal laqgħa ta’ katekeżi ma’ Mons. Isqof Mario Grech fis-sala l-kbira tas-Seminarju.  Tibda fit-8.30pm. 

Illum nibdew sena ġdida liturġika.  Illum, l-Ewwel Ħadd ta’ l-Avvent, il-Knisja tistedinna nitfgħu ħarsitna fuq Ġesu’ li ġej biex isalvana u biex ma nħallux lid-dinja taljenana mill-viżjoni awtentika tal-ħajja umana.

Anfakkrukom li llejla a]na lkoll mistiedna biex niltqqgħu għat-Talba ta’ l-Għasar, saċerdoti u poplu.  L-Għasar, li fih ilkoll nistgħu nieħdu sehem attiv bil-kant u s-smiegħ tal-Kelma t’Alla, jibda fl-4.30.

Jekk jogħġbkom, min għadu ma għamilx dan, nitfu l-mobile phones (f’kas ta’ veru bżonn inbaxxu ħafna l-ħoss li jagħmel) u nagħmlu ħilitna biex b’ġabra nieħdu sehem sħiħ fil-quddiesa.  Issa nqumu bil-wieqfa u nkantaw:  Fik it-tama, Mulej,…

 




Printer Friendly Version
Send Article to a Friend
Comments
Name

A value is required. Invalid format.
Email Address:

A value is required. Invalid format.
Please enter the text above exactly as it appears (case sensitive)
When you click on "Submit Comment", a confirmtion email is automatically sent to the address you specified above. You will then be required to confirm this comment by clicking the link provided in this email that you will receive. Comments also need to be confirmed by the administration.
Admin Login