Saċerdoti Ġorġjani jagħtu taħdidiet f’konferenzi għall-kleru djoċesan
Nhar il-Ħamis 28 ta’ Jannar 2010, festa tat-teologu ċelebri Kattoliku San Tumas ta’ Aquino, is-Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex fakkar l-affiljazzjoni tiegħu ma’ l-Università Pontifiċja Angelicumta’ Ruma b’konferenza bit-tema “It-Teoloġija tas-saċerdozju f’San Tumas ta’ Aquino”, minn Patri Christopher Caruana op. Kienet taħt il-patroċinju ta’ l-isqof djoċesan Mons. Mario Grech u attendew għaliha s-saċerdoti u s-seminaristi tad-djoċesi.Fil-jiem ta’ qabel din il-konferenza, bejn it-Tnejn 25 u l-Erbgħa 27 ta’ Jannar, il-Kummissjoni Kleru tad-djoċesi organizzat kors ta’ aġġornament għall-kleru Għawdxifis-Seminarju tal-Qalb ta’ Ġesù, ir-Rabat.It-Tnejn interviena l-arċipriet emeritu tal-parroċċa tagħna Mons. Ġużeppi Farrugia, professur tat-Teoloġija Dommatika fl-Università ta’ Malta u fl-istess Seminarju Maġġuri ta’ Għawdex, li għamel taħdita fuq is-sagrament ta’ l-Ewkaristija.L-għada t-Tlieta mess lill-Kan. George J. Frendo, saċerdot ieħor tal-parroċċa tagħna li hu professur tat-Teoloġija Morali fis-Seminarju Maġġuri,li tkellem fuq is-sagrament taż-Żwieġ.Fl-aħħar ġurnata tas-sett ta’ konferenzi, l-Erbgħa, kien trattat is-sagrament tal-Penitenza b’taħdita minn Mons. Anton Borg, ukoll professur tat-Teoloġija Morali.Wara t-taħdidiet ta’ kull ġurnata, saret diskussjoni fuq is-suġġett partikulari fost is-saċerdoti preżenti.Kif wieħed jista’ jikkonkludi waħdu, numru sabiħ ta’ saċerdoti mill-parroċċa tagħna huma kkwalifikati f’oqsma differenti tat-Teoloġija Kattolika u mfittxija għal taħdidiet u konferenzi, anki barra minn xtutna.Dan biex ma nsemmux oħrajn li jokkupaw karigi għoljin, dejjem b’servizz lejn il-Knisja Kattolika.
Laqgħat u tħejjijiet għar-Randan
Fil-ġranet li għaddew fl-uffiċċju parrokkjali kompliet il-ħidma ta’ tħejjija intensiva tal-programm parrokkjali tar-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa, li mistenni joħroġ fi żmien qasir.Fil-laqgħa tal- Kunsill Pastorali Parrokkjali, li saret il-Ħamis, kif ukoll f’dik tal-Presbiterju Parrokkjali, li ltaqa’ l-bieraħ it-Tlieta, fost l-oħrajn ġie diskuss il-programm liturġiku tar-Randan.Diġà ġiet imħabbra attività interessanti għaż-żgħażagħ, b’email li ntbagħtet liż-żgħażagħ kollha.Din hi live-intar-Randan għaż-żgħażagħ tal-parroċċa bejn il-Ġimgħa 12 u s-Sibt 13 ta’ Marzu 2010.Hu essenzjali li dawk li jixtiequ jieħdu sehem jikkonfermaw l-attendenza tagħhom qabel tmiem din il-ġimgħa, billi jibagħtu email fuq info@23four.org, jew jikkuntattjaw rappreżentant tal-Grupp 23four>> fuq wieħed minn dawn in-numri: 79 851 118 jew 79 256 897.
Il-banner tal-Mużew lura f'postu
Wara li r-riħ qawwi ta’ xi tliet ġimgħat ilu qalgħu minn postu u bilkemm ma kienx ċarrtu, il-banner imtella’ mill-Fondazzjoni Belt Victoriabi promozzjoni għall-proġett tal-Mużew u Ċentru Kulturali fil-qalba ta’ beltna,il-ġimgħa l-oħra reġa’ sab postu marbut sewwa ma’ l-istruttura tal-ħadid li hemm quddiem il-faċċata tal-bażilika, fuq il-lemin.Fl-aħħar ġimgħat komplew deħlin iktar għotjiet ta’ benefatturi ġenerużi li qed jinteressaw ruħhom fil-proġett, waqt li l-kuntratt tal-Fondazzjoni mad-diviżjoni ta’ l-ippjanar ta’ proġetti Ewropej fi ħdan l-Uffiċċju tal-Priministru issa wasal biex jiġi ffinalizzat.Wara dan, ma jifdal l-ebda intopp sinifikanti ieħor biex il-proġett jista’ jibda jiġi implimentat “fiżikament”.Kulħadd hu mistieden jagħti d-donazzjoni tiegħu lir-rappreżentanti tal-Fondazzjoni, li għandha l-uffiċċju tagħha fit-tieni sular ta’ Dar Leħen il-Belt Victoria, fi Pjazza San Ġorġ.
San Ġwann Bosco ċċelebrat fl-Oratorju
Fi tmiem il-ġimgħa ġiet iċċelebrata l-festa ta’ San Ġwann Bosco fl-Oratorju Don Bosco, ir-Rabat, Għawdex.It-temp fl-aħħar ġurnata ppermetta, allural-purċissjoni setgħet toħroġ bla xkiel ta’ xejn.Fil-programm tal-festi u attivitajiet li ħareġ l-Oratorju Don Bosco, fost l-oħrajn ġew mistiedna l-arċipriet tal-bażilika ta’ San Ġorġ, Mons. Pawlu Cardona, kif ukoll il-kor tal-bażilika Laudate Pueri.Fil-fatt l-arċipriet Cardona mexxa l-Quddiesa ta’ lejlet il-festa, nhar is-Sibt 30 ta’ Jannar 2010, fis-7.00pm, filwaqt li l-kor Laudate Pueri, taħt id-direzzjoni tal-Kan. George J. Frendo, anima l-konċelebrazzjoni pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons. Mario Grech, isqof ta’ Għawdex, li saret f’jum il-festa, nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar.F’San Ġorġ, għall-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd, inħarġet bħal kull sena fuq il-presbiterju l-kopja tal-pittura ta’ San Ġwann Bosco li għandna miżmuma fis-sagristija.
Ġbir għall-Art Imqaddsa fi tmiem il-ġimgħa
Fil-Quddies kollu li sar fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet saret il-ġabra annwali għall-Art Imqaddsa, mill-patrijiet Franġiskani Minuri li għandhom f’idejhom il-ħarsien tas-santwarji Kristjani.F’kull Quddiesa tas-Sibt fil-għaxija u l-Ħadd li għaddew, Fra Lorrie Zerafa ofm u Patri Stephen Magro ofm ħarġu jiġbru, f’isem il-Kustodja Maltija ta’ l-Art Imqaddsa, id-donazzjonijiet ta’ dawk preżenti għall-Quddies fil-bażilika.Qabel kull Quddiesa Fra Lorrie, li hu minn Għajnsielem, ta messaġġ qasir fejn spjega eżatt x’inhu s-sinifikat ta’ din il-ġabra u għal min kienu qed jagħtu l-flus in-nies.Fil-Quddiesa tat-Tfal, fil-ħin ta’ l-omelija hu għamel ukoll spjega ħafifa lit-tfal preżenti.Din il-ġabra, li ssir f’kull parroċċa f’Malta u Għawdex, tgħin ħafna biex il-Franġiskani jissoktaw il-ħidma tagħhom fl-art ta’ Ġesù, li tieħu diversi forom, prinċipalment il-ħarsien tad-diversi siti għeżież li għandhom taħt il-kustodja tagħhom.Fi Frar li għaddal-parroċċa ta’ San Ġorġ organizzat b’suċċess pellegrinaġġ lejn l-Art Imqaddsa, f’kollaborazzjoni mal-Kustodja Maltija.
Dun Jimmy arċipriet in-Nadur
Din il-websajt kienet l-ewwel waħda li ħabbret uffiċjalment in-nomina ta’ Mons. Jimmy Xerri bħala arċipriet tal-parroċċa ta’ San Pietru u San Pawl, fin-Nadur.Dun Jimmy hu saċerdot mill-presbiterju ta’ San Ġorġ, u għalkemm ilu mbiegħed mill-ħajja parrokkjali tagħna snin twal, dejjem baqa’ qrib tal-komunità tagħna, ta’ l-inqas fl-ispirtu!Għalkemm jifirdu lil Dun Jimmy mill-attività pastorali li hu beda l-ewwel f’San Ġorġ hemm, mhux biss il-ħmistax-il sena li għadda bħala missjunarju fil-Brażil – fejn qeda l-Knisja kemm bħala kappillan u kemm bħala rettur ta’ seminarju inter-djoċesan –, imma wkoll snin twal ta’ servizz lid-djoċesi Għawdxija ma’ djul l-isqof Cauchi u bħala wieħed mis-saċerdoti attivi fiz-zona ta’ Taċ-Ċawla, ħafna għadhom jiftakru l-ħeġġa li biha ta l-ħajja ċ-ċentru parrokkjali tagħna meta kien għadu seminarista.L-aħbar tal-ħatra tiegħu xxandret b’mota solenni tal-qniepen Ġorġjani, nhar it-Tnejn 1 ta’ Frar 2010, fis-6.00pm.Dun Jimmy sa jkun qed jieħu post Mons. Salv Muscat, li mexxa l-parroċċa tan-Nadur għal dawn l-aħħar 27 sena.
Iċċelebrata l-Gandlora
Il-bieraħ, it-Tlieta 2 ta’ Frar 2010, fis-6.00pm, l-Arċipriet mexxa konċelebrazzjoni solenni fil-bażilika bis-sehem tal-kapitlu u l-kleru, fil-festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej.Fil-bażilika tagħna din is-sena nżammet it-tradizzjoni popolari li l-presepju jinżamm armat barra sa din il-ġurnata.Fil-fatt il-presepju sabiħ mibni minn George Camilleri mistenni jiżżarma din il-ġimgħa.Imma… m’hux sa jistenna sena oħra biex jerġa’ jara d-dawl.Aktarx jerġa’ jintrama iktar tard din is-sena fl-okkażjoni ta’ żjara ta’ grupp kbir ta’ presepisti Taljani fil-gżira tagħna.
L-arkivju elettroniku tal-bulettin parrokkjali
Minn din il-ġimgħa parti mill-websajt ta’ San Ġorġ ġiet aġġornata b’format differenti, u aktar modern u aċċessibbli.Is-sezzjoni ta’ fejn jitla’ l-bulettin parrokkjali ta’ kull ġimgħa, f’verżjoni PDF, ġiet aġġornata b’sistema aktar effiċjenti u moderna.Minflok dik il-lista twila li fiha kienu jidhru d-dati tal-bulettin ta’ kull ġimgħa, fejn wieħed kien idum biex isib xi ħarġa ta’ ġimgħat ilu li jkun qed ifittex, issa fi ftit sekondi tista’ ssib id-data tal-bulettin ta’ dik il-ġimgħa partikulari li jkollok bżonn.Fil-paġnaWeekly Bulletin, isfel nett, issa jidhru tliet kaxxi, fejn wieħed kemm jagħżel id-data tal-ħarġa li jkun qed ifittex: meta ssib is-sena mill-ewwel kaxxa u x-xahar mit-tieni, fit-tielet kaxxa awtomatikament jitilgħu d-dati li fihom il-bulettin parrokkjali ħareġ f’dak ix-xahar ta’ dik is-sena partikulari.
Iktar siġġijiet għal San Ġorġ
Dalwaqt sa tasal f’San Ġorġ it-tieni kunsinja ta’ mitt siġġu ġdid għall-bażilika u ċ-ċentru parrokkjali ta’ San Ġorġ.Dawn is-siġġijiet sa jqumu €2,500, u parti sostanzjali minn din iċ-ċifra diġà tħallset mill-fond tal-lotteriji ta’ diversi rigali u affarijiet oħra li jsiru kull ġimgħa f’San Ġorġ bil-ħidma ta’ Mons. Feliċ Tabone, Emanuel Grima u d-diversi adoloxxenti li jgħinuhom.Iktar kmieni s-sena l-oħra, kif konna anki ħabbarna f’din l-istess rubrika, diġà kienu ġew akkwistati għal San Ġorġ tmenin siġġu ieħor bil-prezz baxx ħafna ta’ €600, li bħal ta’ qabel diġà tħallsu mill-istess fond tal-lotteriji ubdew jintużaw, primarjament fis-SalaMons. Emanuel Mercieca.Min jixtieq jagħti xi kontribuzzjoni għal dawn l-ispejjeż għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali jew ikellem lill-vigarju parrokkjali Mons. Feliċ Tabone.