Saturday, September 4, 2010:

PARISH NOTICES: 5 - 12 September 2010


These are the parish announcements for the following week.  Monday is the 52nd Anniversary of the Papal decree raising St George's to Basilica.  Wednesday is the feast of the Nativity of Our Lady.  Sunday is the Twenty Fourth Sunday of Ordinary Time.   The announcements follow in Maltese, while further notices may be found in the Coming Events section on this website.

 

AVVIŻI GĦAL DIN IL-ĠIMGĦA

 

5 – 12 ta’ Settembru 2010

 

 

Il-lum il-Ħadd, bejn it-8.00am u s-1.00pm, qed isir ġbir ta’ demm miċ-Ċentru ta’ l-Għoti tad-Demm fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

 

Għada t-Tnejn jiġi mfakkar it-52 anniversarju minn meta l-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ ġiet mgħollija għall-ġieħ ta’ bażilika, b’digriet tal-Papa Piju XII, fl-1958.  Fis-6.00pm, konċelebrazzjoni solenni u kant tat-Te Deum.

 

Nhar l-Erbgħa l-Knisja tiċċelebra l-festa tat-Twelid tal-Verġni Mqaddsa Marija: il-Bambina.  Fis-6.00pm, Quddiesa bl-omelija fuq il-Verġni Mbierka.

 

Nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Settembru, fit-8.00pm, fuq il-bejt taċ-ċentru parrokkjali, sa jiġi organizzat Pasta Night b’riżq il-parroċċa.  Din tkun l-aħħar attività tas-Sajf qabel tibda sena pastorali ġdida.  Il-biljetti għall-kbar jiswew €10, waqt li għat-tfal (taħt il-ħdax-il sena) jiswew €8, u jinkisbu mill-uffiċċju parrokkjali.  Min jattendi jkun jgħin lill-parroċċa fil-ħidma pastorali tagħha ma’ wliedna!

 

Il-Fondazzjoni Belt Victoria tħabbar li qed tissokta bil-bini tal-mużew storiku u ċentru kulturali fil-proġett Il-Ħaġar: The Making of a People, parzjalment iffinanzjat mill-fondi ta’ l-Unjoni Ewropea.  Min jixtieq ikun benefattur ta’ dan il-proġett kbir jista’ jikkuntattja lil xi membru tal-Fondazzjoni u jagħmel donazzjoni fl-iskema €150 agħmilhom elf u hekk ikun jissieħeb għal għomru fl-istess fondazzjoni.

 

 

Il-lum il-Knisja tiċċelebra t-23 Ħadd ta’ Matul is-Sena.  Fid-9.00am, konċelebrazzjoni konventwali.

 

 

 




Printer Friendly Version
Send Article to a Friend
Comments
Name

A value is required. Invalid format.
Email Address:

A value is required. Invalid format.
Please enter the text above exactly as it appears (case sensitive)
When you click on "Submit Comment", a confirmtion email is automatically sent to the address you specified above. You will then be required to confirm this comment by clicking the link provided in this email that you will receive. Comments also need to be confirmed by the administration.
Admin Login