Kif diġà smajna, u kif tistgħu taqraw fil-messaġġ tiegħi fil-ġurnal Il-Belt Victoria, il-Knisja f’Għawdex qed titħejja għall-Missjoni Djoċesana li se jkollna matul din is-sena pastorali li ġejja. F’din il-Missjoni l-lajċi se jkollhom sehem importanti fix-xandir tal-Kelma. U għalhekk qed issir stedina lil bosta lajċi mill-parroċċi kollha biex ikunu jistgħu jgħinu f’din il-Missjoni.
Għal dan l-għan qed isiru “assemblej parrokkjali” li għalihom huma mistiedna l-membri ta’ l-għaqdiet Kattoliċi ta’ minn sittax-il sena ’l fuq, u anki persuni oħra li jixtiequ jagħtu s-sehem tagħhom f’din il-Missjoni. Dawn il-laqgħat qed isiru sabiex jingħata tagħrif fuq il-Missjoni u fuq dak li sa jiġi mitlub mil-lajċi. Dawn il-laqgħat qed ikunu mmexxija minn persuni li huma inkarigat mill-organizzazzjoni djoċesana tal-Missjoni.
L-Assemblea Parrokkjali fil-parroċċa tagħna se ssir nhar it-Tnejn 29 ta’ Settembru 2008, fiċ-ċentru tal-parroċċa u tibda fis-7.30pm. Wara din il-laqgħa sa jkun hemm formoli apposta biex jimtlew minn dawk li jkunu sa jimpenjaw ruħhom għal dan l-appostolat. Nagħmel appell biex dawk kollha li huma mistiedna jattendu.
Grazzi. Il-Mulej iberikkom.
Il-Ħadd li ġej, 14 ta’ Settembru 2008, il-Knisja Universali tagħmel il-festa ta’ l-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes jew, kif inhi popolarment magħrufa, “tal-Kurċifiss”. Fil-bażilika ta’ San Ġorġ din iċ-ċelebrazzjoni Kristoloġika tinżamm b’solennità kbira, speċjalment minħabba l-preżenza ta’ l-istatwa mirakuluża tal-Kurċifiss, kapolavur fl-injam (1848) ta’ Pietru Pawl Azzopardi. L-imsieħba kollha – irġiel u nisa – tal-Konfraternità tal-Kurċifiss, imwaqqfa fil-parroċċa ta’ San Ġorġ fis-sena 1893, huma mħeġġa jqaddsu dan il-jum għażiż billi jieħdu sehem fil-Konċelebrazzjoni Solenni li sa ssir bħal-lum ġimgħa, nhar il-festa, u li tibda fid-9.00am. Il-membri rġiel huma mitluba jinġabru fis-sagristija kwarta qabel fejn ikunu jistgħu jilbsu l-konfratija.
Il-ġbir tal-Quddies li sar bejn it-Tnejn 25 u l-Ħadd 31 ta’ Awwissu 2008 b’risq il-bażilika laħaq is-somma ta’ €456.25 (Lm195.87). Grazzi ta’ l-offerti tagħkom.
Djarju Liturġiku
|
Il-Ħadd, 07-09-2008: |
Jum il-Mulej – It-23 Ħadd matul is-Sena |
|
|
Fid-9.00am — Konċelebrazzjoni Konventwali. |
|
|
Fil-11.00am — Quddiesa animata mill-kor Laudate Pueri. |
|
Il-Ħadd, 14-09-2008: |
Jum il-Mulej – L-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes (festa parrokkjali tal-Kurċifiss) |
|
|
Fid-9.00am — Konċelebrazzjoni Konventwali. |
|
|
Fil-11.00am — Quddiesa animata mill-kor Laudate Pueri. |
Kronaka
|
30-08-2008: |
Nifirħu lil RITIENNE ATTARD u lil DANIEL CILIA li llum ingħaqdu bis-sagrament taż-żwieġ. |
Billi nhar is-Sibt 6 ta’ Settembru hu l-jum speċjali tal-ħamsin anniversarju ta’ l-iffirmar tad-digriet tal-bażilika, Leħen il-Belt Victoria ħejja din l-iskeda speċjali għal filgħodu.
|
08.45a.m. |
– |
Angelus |
|
09.00a.m. |
– |
Il-Quddiesa ta’ Filgħodu |
|
|
|
Xandira diretta mill-Bażilika ta’ San Ġorġ. |
|
09.40a.m. |
– |
Rużarju |
|
10.00a.m. |
– |
Mid-Morning Show |
|
|
|
Għodwa b’differenza ma’ Neville Galea fil-jum ta’ l-anniversarju tal-Bażilika. |
|
11.00a.m. |
– |
Ħamsin Sena Bażilika |
|
|
|
Programm imħawwar b’feature, tagħrif u letteratura fl-okkażjoni taċ-Ċinkwantenarju. |
|
12.00p.m. |
– |
Angelus |
|
12.05p.m. |
– |
Mad-Daqqa tal-Bakketta |
|
|
|
Programm ta’ marċi brijużi ma’ Andrew Formosa. |
|
01.30p.m. |
– |
Programmi Blusat 2000 |
Nhar it-Tnejn 15 u t-Tlieta 16 ta’ Settembru se nerġgħu nibdew il-Lectio Divina fiċ-ċentru parrokkjali, mis-7.30pm ’il quddiem.
Minn nhar il-Ħamis 18 ta’ Settembru se tibda mill-ġdid l-Adorazzjoni Ewkaristika mis-7.30pm sad-9.00pm. Kulħadd huwa mistieden.
Matul ix-xahar ta’ Settembru jibda l-booking tal-quddies għas-sena 2009. Min hu interessat għandu jikkuntattja l-Uffiċċju Parrokkjali.
|
07.09.08 |
Ġolina u Toni Grech |
11.09.08 |
Ġorġ u Alfonsa Grech |
|
08.09.08 |
Vitorina Grech |
12.09.08 |
Koli Apap |
|
09.09.08 |
Salvu, Marija, Tereża u Rosa Spiteri |
13.09.08 |
Manwel u Marija Grech |
|
10.09.08 |
Francis Cutajar |
|
|