Il-Kelma ta’ l-Arċipriet

 

Għamiltulu merħba kbira! – Mons. Charles Scicluna

Il-merħba kbira li l-poplu ta lir-relikwa ta’ San Ġorġ Preca ġol-bażilika ddedikata lill-qaddis tiegħu se tibqa’ fil-memorja ta’ dawk kollha li kellhom ix-xorti jkunu fiha.  Jiena kont għadni Ruma imma naf li l-Kapitlu, il-Kleru u l-poplu Ġorġjan kienu fil-qalba tal-poplu kbir, saċerdoti u lajċi, li ġew minn Għawdex kollu, biex isellmu lil dan l-iben insinji ta’ ġensna, jagħtuh qima, u jakkumpanjaw ir-relikwa tiegħu, merfugħa minn Monsinjur Isqof Djoċesan, fi translazzjoni solenni lejn il-knisja katidrali.  Il-postulatur innifsu stagħġeb bil-merħba li tajnih!

 

Il-Laudate Pueri fi Pjazza San Pietru

Il-ġieħ straordinarju li l-Kor Laudate Pueri ngħata bis-sehem tiegħu waqt il-liturġija papali tas-Solennità tat-Trinità Qaddisa u tal-kanonizzazzjoni ta’ l-erba’ qaddisin, fosthom Dun Ġorġ Preca, hu ġieħ li jżejjen ukoll lill-Bażilika ta’ San Ġorġ, permezz tagħha, lid-Djoċesi ta’ Għawdex.  Dan qalu l-Maestro Mons. Giuseppe Liberto, tal-Kappella Papali, magħrufa bħala l-Kor tal-Cappella Sistina, lil Dun Ġorġ Frendo, direttur tal-Kor tagħna, u lili li kont ukoll preżenti.  Paġna oħra tad-deheb fl-istorja tagħna!    

 

Tislijiet minn Ruma

Filwaqt li kont Ruma flimkien ma’ diversi kollaboraturi tal-parroċċa tagħna għamilt ħilti biex nibdew ċerti tħejjijiet għal rikorrenzi speċjali li resqin lejna u kelli okkażżjoni niltaqa’ ma’ diversi personalitajiet ekkleżjastiċi, fosthom uħud li diġà jafuna.  Għandi tislijiet mill-Vatikan, mil-Lateran u minn ambjenti oħra f’Ruma.  Mons. Alfred Xuereb iselli għall-parruċċani kollha.  Tislijiet oħra huma dawk tas-seminaristi tagħna Simon Cachia u Francesco Pio Attard.  Francesco Pio, flimkien ma’ Max Grech, mill-parroċċa ġara tal-Katidral, ħa sehem fil-liturġija Ewkaristika tal-kanonizzazzjoni li fiha kanta l-Kor Laudate Pueri

 

Dewwaqtuna l-ġenna

L-ewwel quddiesa ta’ radd-il ħajr wara l-kanonizzazzjoni ta’ Dun Ġorġ Preca saret mill-postulatur tal-Qaddis Malti f’Ruma, Mons. Charles Scicluna.  Fuq xewqa partikulari tiegħu, il-Kor Laudate Pueri anima l-quddiesa li saret fil-bażilika ta’ Sant’Andrea della Valle fejn ħadu sehem is-saċerdoti Maltin kollha li kien hemm Ruma u fil-preżenza taż-żewġ superjuri ġenerali tal-MUSEUM.  Mill-ġdid, il-Kor Laudate Pueri ħareġ b’kant sagru li jgħaxxaq il-qalb tant li Mons. Scicluna qal: “San Ġorġ Preca jittamana fil-ħajja tas-sema, imma l-Kor Laudate Pueri jdewwaqna l-ġenna!”

 

Arċipriet Ġużeppi Farrugia

 

 

Djarju Liturġiku

Il-Ħadd, 10-06-2007:

Jum il-Mulej – Solennità tal-Ġisem u d-Demm tal-Mulej – Il-Corpus

 

Fid-9.00am — Konċelebrazzjoni Solenni ppreseduta mill-Arċipriet Mons. Ġużeppi Farrugia u purċissjoni bis-Santissimu Sagrament bis-sehem tal-Kapitlu, il-Kleru u l-poplu.

 

Fl-4.30pm — Kant Solenni tat-Tieni Għasar.

It-Tnejn, 11-06-2007:

San Barnaba, appostlu

 

Fis-6.00pm — Quddiesa bl-omelija, adorazzjoni u barka.

It-Tlieta, 12-06-2007:

Ferja

 

Fis-6.00pm — Quddiesa bl-omelija, adorazzjoni u barka.

L-Erbgħa, 13-06-2007:

Sant’Antnin ta’ Padova, saċerdot u duttur tal-Knisja – Is-Seba’ Erbgħa tal-Madonna

 

Fis-6.00pm — Quddiesa bl-omelija mill-Arċipriet Mons. Ġużeppi Farrugia, adorazzjoni u barka.

Il-Ħamis, 14-06-2007:

Is-Sitt Ħamis ta’ San Ġorġ

 

Fis-6.00pm — Quddiesa bl-omelija mill-Kan. Joseph A. Borg, adorazzjoni u barka.

Il-Ġimgħa, 15-06-2007:

Solennità tal-Qalb Qaddisa ta’ Ġesù

 

Fit-8.15am — Konċelebrazzjoni Kapitulari ppreseduta mill-Arċipriet Mons. Ġużeppi Farrugia.

 

Fis-6.00pm — Quddiesa bl-omelija, adorazzjoni u barka.

Is-Sibt, 16-06-2007:

Il-Qalb bla Tebgħa ta’ l-Imqaddsa Verġni Marija

Il-Ħadd, 17-06-2007:

Jum il-Mulej – Il-11-il Ħadd matul is-sena

 

Fid-9.00am — Konċelebrazzjoni Konventwali Solenni.

 

 

Kronaka

03-06-2007:

Nifirħu lil MARIA GRIMA u lil JEREMY VELLA li llum ingħaqdu fis-sagrament taż-żwieġ.

 

 

Il-Ħamis jibda l-Festival

Nhar il-Ħamis li ġej tibda l-10 edizzjoni tal-Victoria International Arts Festival.  L-ewwel serata spostajniha mill-Ġimgħa minħabba li taħbat il-festa tal-Qalb ta’ Ġesù meqjum fis-Santwarju tiegħu fil-Fontana.  Kulħadd mistieden li jkun fi Pjazza San Ġorġ sa 5 minuti qabel ma tibda l-ewwel serata fit-8.00pm bil-Festive Brass Ensemble.  

 

 

Il-ġabra tal-Festa

Fil-jiem li ġejjin issir il-ġabra tal-festa.  Hija l-unika ġabra li ssir bieb bieb u biha nkunu nistgħu nħallsu l-ispejjeż tal-festi interni, spejjeż li huma kbar imma li jkunu ikbar li kieku tant ħidma ma’ ssirx mill-volontarjat tal-parroċċa.  Il-ġenerożità tal-parruċċani tagħna hija dejjem inkoraġġanti.

 

 

Tombola Get-Together

Nhar it-Tlieta, 19 ta’ Ġunju, se jkollna Tombola Get-Together fiċ-Ċentru Parrokkjali.  Jibda fis-7.30pm.  Min jattendi mhux biss jieħu pjaċir mal-folol ta’ nies li jkollna billi jqatta’ ftit ħin ta’ rikreazzjoni b’ikel bnin, imma jkun ukoll jgħin b’risq il-Parrooċa.

 

 

Benefatturi b’risq ix-Xogħlijiet fil-Bażilika

Rev. Joseph Mercieca: Lm25; Kan. F.M. Vella: Lm25; Familja Attard: Lm25; Tony u Mary Caruana: Lm25; Saviour u Gloria Farrugia: Lm25; Toni u Vitorina Mizzi: Lm25; George u Antida Sacco: Lm25; Joe u Anna Scicluna: Lm25; Tony u Mary Vella: Lm25; Ewkaristika Zammit: Lm25.

 

 

Intenzjonijiet tal-quddies

10.06.07

Ġorġ Xerri

14.06.07

Klementa u l-Familja Galea

11.06.07

Ġużepp u Marija Buttigieg

15.06.07

Rikardu Ellis

12.06.07

Familja Attard

16.06.07

Ġużeppi Attard

13.06.07

Toni u Ġolina Grech